Sport Waterpolo

Sliema jirbħu iżda għamluha diffiċli għalihom infushom

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT………… 9

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 7

(4-0), (1-3), (1-2), (3-2)

Sliema Frank Salt komplew jersqu lejn il-possibbiltà li jtemmu l-fażi ta’ qabel il-play-offs fl-ewwel post. Ir-raba’ rebħa f’din l-edizzjoni tal-Enemed Cup waslet b’diffikultà hekk kif kellhom jaċċertaw mir-rebħa fl-aħħar minuti, bil-kowċ tal-ġurnata Zoran Maslovar forsi stenna xi ħaġa aħjar mill-prestazzjoni. Ta’ min wieħed isemmi iżda li Sliema kienu mingħajr il-plejers regolari Jerome Gabarretta, Mark Meli u John Brownrigg flimkien mal-erba’ plejers l-oħra li jinsabu jilagħbu barra minn xtutna.

Is-Slimiżi bdew il-logħba kif mistenni u fetħu distakk komdu li iżda kif żvolġiet il-logħba, xorta ma kienx biżżejjed għal rebħa faċli. Zach Mizzi, Daniel Rizzo, Jayden Cutajar u Kieyan Borg skorjaw l-erba’ gowls ta’ Sliema.

Birżebbuġa wettqu reazzjoni denja u rnexxielhom jidħlu fil-logħba, b’Neil Cassar u Marco Mannino jnaqqsu d-distakk għal 5-3. Sliema ma għollewx ir-rendiment tagħhom u ppermettew lit-tim ta’ Pierre Borg biex iżomm il-livell mal-avversarji, tant li rebħu wkoll it-tielet sessjoni u naqqsu d-distakk għal 6-5.

Birżebbuġa saħansitra marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-logħba b’żewġ gowls ta’ Julian Farrugia u Keith Tanti. Dan ir-riżultat donnu qajjem lill-plejers Slimiżi. Dino Zammit ġab id-draw, Zach Mizzi poġġiehom fil-vantaġġ u Elijah Schembri għalaq il-logħba lejn it-tim.

Sliema: N. Grixti, J. Pace Mizzi, E. Schembri (1), D. Rizzo (1), B. Attard, J. Cassar, Z. Cutajar Licari, J. Cutajar (1), J. Brownrigg, K. Borg (2), Z. Mizzi (3), Di. Zammit (1), A. Theuma, J. Saliba, S. Engerer

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar (1), B. Grech, R. Mock (1), M. Mannino (1), D. Cutajar (1), C. Borg, K. Tanti (1), R. Spiteri (1), M. Curmi, F. Buhagiar

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

Logħob li jmiss

Għada

Neptunes v San Ġiljan              6.30pm

Marsaskala v Sirens                 7.35pm