F’St’Mary’s Stadium Southampton kisbu rebħa dominanti ta’ 4-1 fuq Brentford. Kienu Southampton li fetħu l-iskor fil-5 minuta meta minn corner ta’ James Ward-Prowse, għola fuq kulħadd Jan Bednarek li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0.
Brentford kisbu d-draw fit-23 minuta meta minn cross ta’ Bryan Mbeumo kien Vitaly Janelt b’volley kkonkluda fix-xibka. Iżda Southampton reġgħu marru fil-vantaġġ fis-37 minuta meta kien Alvaro Fernandez li tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess għal 2-1, riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima.
Intant fit-tieni taqsima Southampton għamluhom tlieta fid-49 minuta meta kien Armando Broja li sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper u xeħet fix-xibka għal 3-1. Ir-raba’ u l-aħħar gowl għal Southampton wasal fis-70 minuta meta minn ballun fit-tul ta’ Ibrahima Diallo, kien Che Adams li kkonkluda fix-xibka għal 4-1.
PREMIER LEAGUE
Illum: Southampton v Brentford 4-1 Għada: West Ham v Norwich 8.45pm