Futbol Sport

Approvat tibdil fir-‘Return to Play Protocol’

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA approva tibdil fir-Return to Play Protocol, biex b’hekk dan ġie fuq l-istess binarju tar-regoli li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa. B’dan it-tibdil, il-partitarji se jintalbu jipprovdu ċertifikat validu tal-vaċċin, skont kif stabbilit mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Fi stqarrija, l-MFA ħabbret li l-aċċess għall-istadium se jsir b’tali mod li jkun konformi mal-bidliet imħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa u l-partitarji se jintalbu juru ċertifikat validu tal-vaċċin, skont ir-regoli tal-pajjiż.

Il-bidliet jidħlu fis-seħħ hekk kif il-Kampjonat Premier se jirritorna fl-azzjoni nhar it-Tnejn li ġej, fl-istess jum li jidħlu regoli ġodda mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dakinhar se jsiru l-ewwel logħob mill-14-il ġurnata tal-Kampjonat Premier għal dan l-istaġun.