Futbol Sport

Chelsea fil-finali tal-EFL Cup b’rebħa fuq Tottenham

(Ritratt: EPA)

Chelsea saru l-ewwel tim fil-finali tal-EFL Cup wara li fit-tieni leg tas-semi finali huma għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 1-0. Chelsea daħlu għal dan il-konfront b’vantaġġ ta’ żewġ gowls, wara li fl-ewwel leg kisbu rebħa ta’ 2-0 fi Stamford Bridge. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-18-il minuta meta minn corner ta’ Mason Mount kien Antonio Rudiger li bir-ras xeħet wara Pierluigi Gollini għal 1-0. Intant il-partita kellha tieqaf għal xi minuti fis-87 minuta minħabba emerġenza medika fost il-partitarji fl-istadium.

EFL CUP

Tottenham v Chelsea 0-1 (Agg: 0-3)

PREMIER LEAGUE

Intant mill-Premier League West Ham kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Norwich biex b’hekk qabżu lil Arsenal fir-raba’ post tal-klassifika b’37 punt. West Ham ħasbu li fetħu l-iskor fis-36 minuta meta l-gowl ta’ Jarred Bowen kien mħassar minħabba offside, wara konsultazzjoni mal-VAR. Iżda sitt minuti wara huma marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Vladimir Coufal kien l-istess Jarred Bowen li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. It-tim immexxi minn David Moyes kellu jistenna sal-84 minuta biex jassigura mir-rebħa, meta minn pass ta’ Arthur Mausaku reġa’ kien Jarred Bowen li mill-viċin tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 2-0.

West Ham v Norwich 2-0