Coronavirus Lokali

Covid-19: Il-pandemija tħalli 4 vittmi oħra; 673 każ ġdid

Fl-aħħar sigħat, il-Ministru tas-Sahha ikkonferma erbat imwiet oħra kaġun tal-Coronavirus. Il-vittmi huma tlett irġiel li kellhom 77, 87 u 88 sena u mara ta’ 86 sena. B’hekk it-total ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija sal-lum tela’ għal 496. Dan ifisser ukoll li pajjiżna rreġistra 11-il fatalità fl-aħħar ħames t’ijiem.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, instabu 673 każ ġdid ta’ Covid-19…b’116 persuna pożittiva li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Dan filwaqt li l-għadd ta’ pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jammonta għal 9.

Bħalissa, il-każi attivi huma ftit aktar minn 13,000.

Intant … hekk kif fl-aħħar jiem il-Kamra tal-SMEs pproponiet li dawk li jkollhom kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv bil-Covid ma joqgħodux fi kwarantina, filwaqt li dawk li jittestjaw pożittivi jagħmlu biss ħamest ijiem f’iżolament…jidher li sa issa l-awtoritajiet tas-saħħa għadhom qed jirreżistu.

Waqt il-programm Net Live, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs, Abigail Agius Mamo qalet li għakemm dawn il-proposti ħarġu fuq rakomandazzjonijiet mill-Oganizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ċ-Ċentru tal-Istati Uniti għall-Kontrol tal-Mard Infettiv, l-awtoritajiet lokali qed iżommu pass lura.

“Kelli ftit dialogu flimkien ma’ Profs Charmaine Gauci fuqha din u Profs Gauci sfortunatament s’issa għadha xettika .. taħseb li se nkunu f’pożizzjoni li bħala pajjiż se nkunu nistgħu nirrevedu l-kwarantina iktar biex inqarbu lejn li qed tipproponi l-ECDC … pero li semmiet Profs Gauci hi li esperti individwali għandhom opinjonijiet differenti… issa fejn qatt kien hawn min qabel fuq il-Covid, min jgħid li dik tagħmel tajjeb, min jgħid li dik tagħmel ħazin, pero ir-rakomondazzjonijiet ta ECDC huma serji u bħala istituzzjoni hija rikonoxxuta alura naħseb li għandna ntuha aktar toqol,” tenniet il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs, Abigail Agius Mamo.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs appellat għal aktar djalogu bejn il-korpi kostitwiti, sabiex din is-sitwazzjoni tissolva minnufih.

“Aħna ma nippretendux li sentejn wara li ilna għaddejijn b’din l-esperjenża tal-Covid inkunu għadna f’din is-sitwazzjoni fejn hawn ħafna konfużjoni, fej il-Covid li qegħdin ngħidu li qed ngħixu biha.. sfortunatament għadha qed iġibna għal irkuptejna. Din m’hiex xi ħaġa li hija aċċetabbli. L-istakeholders f’dan l-istadju għandna nikkomunikaw flimkien u ngħidu li iva irridu għixu bil-marda imma l-istandard li ngħixu bil-marda m’huwiex dan l-istanard. Li in-nies jinqaflu fi djarhom għal dan it-tul ta’ żmien u ninsew is-saħħa mentali tagħhom u ninsew li rridu jaqalaw l-għexien .. ħabba dak li jidher li qisu flu m’hiex xi ħaġa irraġunata.”