Marcelino Montalban Saraza ta’ 44 sena, l-Filippin maqtul f’Lulju li għadda miet kawża ta’ daqqa ta’ sikkina f’żaqqu li kienet dik fatali biex tilef ħajtu. Daqqiet oħra fosthom dik f’għanqu seħħet meta huwa kien diġà mejjet. Il-konklużjoni li huwa kompla jaqla’ d-daqqiet wara li diġa’ miet kienet li d-demm ma kienx qed jiċċirkola minħabba li l-qalb kienet waqqfet taħdem.
Dan ħareġ mix-xhieda tal-konsulent Ali Safraz li flimkien ma’ Marie Therese Camilleri Podesta wettqu l-awtospja fil-konfront tiegħu. akkużata li qatlet lis-sieħeb tagħha f’Lulju li għadda kienet qed tissuspetta li s-sieħeb tagħha kien f’relazzjoni. tinsab akkużata bil-qtil ta’ Marcelino Montalban Saraza, li kien is-sieħeb tagħha għal erba’ snin sakemm inqatel.
Hija akkużata wkoll li ffabbrikat provi, li bagħbset l-evidenza u li għamlet rapport falz lill-pulizija. Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo għamlet ħin konsiderevoli tistenna lill-akkużata titfaċċa fl-awla fejn wara ġiet infurmata li għal xi raġuni din ma nġibitx mill-gwardjani tal-ħabs fil-qorti.
Wara sar fteho bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni biex il-każ ikompli jinstema’ fl-assenza tagħha. Minn dak li ħareġ fil-qorti f’seduti preċedenti jirriżulta li l-koppja kienu ta’ spiss jinstemgħu jiġġieldu mill-ġirien u mhux l-ewwel darba li dawn instemgħu jagħmlu ħafna storbju matul il-lejl, bl-argumenti bejniethom jiskalaw sew.
Kien għall-ħabta tas-12.45 a.m. tat-2 ta’ Lulju li għadda meta l-Filippina talbet għall-għajnuna tal-Pulizija fejn infurmathom li qiegħda tistennihom fi Triq il-Kbira, Mellieħa. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra immexxija mill-Ispettur Godwin Scerri fejn hija kellha argument mar-raġel. Sa dak il-ħin iżda, hija ma tagħatx informazzjoni fejn kien seħħ l-argument.
Wara li ngħatat l-kura, wara ttieħdet il-Kwartieri tal-Pulizija, il-Floriana għal aktar stħarriġ. Kien għal ħabta tal-4.00 a.m., meta l-mara qalet lill-Pulizija li l-argument ġata fir-residenza tagħhom fi Triq il-Fortizza, Mellieħa u ntużat sikkina. Fuq il-post marru minnufih il-Pulizija tad-Distrett fejn sabu lir-raġel mixħut wiċċu ’l isfel fil-kċina, mgħotti bl-liżar.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn ta l-assistenza, iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Ftit wara l-mara qalet lill-Pulizija ma kinitx qed tħossha sew u għalhekk ittieħdet l-isptar Mater Dei. Il-kumpilazzjoni għandha tkompli fis-16 ta’ Frar f’nofs inhar. Għal Filippina qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono, Francesca Zarb u Tiziana Micallef. L-Ispettur Shawn Pawney qed imexxi l-prosekuzzjoni, flimkien mal-avukat George Camilleri u l-avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Il-każ ikompli fis-27 ta ’Ottubru. L-Ispettur Shawn Pawney mexxa lprosekuzzjoni, flimkien mal-avukat George Camilleri u l-avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Franco Debono, Ryan Ellul u Tiziana Micallef kienu l-avukati difensuri.
//= $special ?>