Futbol Sport

Imut Maurice Walsh, eks player ta’ Sliema Wanderers

Sfortunatament tħabbret il-mewt tal-eks plejer Maurice Walsh, leġġenda ta’ Sliema Wanderers FC u wkoll eks plejer ta’ Gżira Raiders u Senglea Athletic F.C.Walsh, li kellu 91 sena, lagħab għal Sliema bejn l-1949 ul-1962 fejn skurja 53 darba f’149 partita.Fl-ewwel logħba tiegħu ma’ Sliema, meta kellu biss 18-il sena fil-15 ta’ Jannar tal-1949, Walsh skurja wara biss 21 sekonda f’logħba kontra Floriana.

Fl-istess logħba ta’ debutt għalih, hu skurja wkoll it-tieni gowl biex għen lill-iskwadra tirbaħ 3-2 f’konfront dirett mill-quċċata tal-klassifika.Ma’ Sliema Wanderers FC, Walsh rebaħ tliet kampjonati, 2 FA Trophies, 2 Cassar Cups u 4 Scicluna Cups. Hu ħalla l-klabb fl-1962 u ngħaqad ma’ Senglea Athletic F.C., fit-Tieni Diviżjoni, għal somma ta’ £300.