Il-Fakultà tal-Benesseri Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta, fosthom studenti, riċerkaturi u akkademiċi, għamlet dokument ta’ diskjussjoni għall-partiti politiċi u l-kandidati għall-elezzjoni ġenerali b’ideat ta’ kif wieħed jixtieq li pajjiżna jkun biex jerġa’ jkun wara dak kollu li rajna fl-aħħar xhur fuq livell politiku, soċjali u tas-saħħa.
Il-Fakultà xtaqet issemma’ leħinha dwar it-tħassib tagħha hekk kif il-partiti jibdew iħejju l-proposti tagħhom, bid-dokument jiffoka b’mod speċjali fuq il-kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.
Huma qed jappellaw biex id-diskriminalizzazzjoni u l-mibgħeda ssir xi ħaġa tal-passat sabiex b’hekk il-komunità ta’ pajjiżna tibda tħares lejn l-oħrajn b’imħabba u rispett filwaqt li jkun hemm inklużjoni bejn kulħadd.
//= $special ?>