Lokali

Jagħtu l-ħelu u r-rigali li qalgħu fi żmien il-Milied lil dawk inqas ixxurtjati

Żewġt itfal qbadu r-rigali u l-ħelu li qalgħu fi żmien il-Milied u tawh lil dawk inqas ixxurtjati minnhom biex jaraw tbissima fuq fommhom.

L-iskola ta’ San Andrea tefgħu żewġ posts fuq Facebook fejn faħħru l-ġest mill-isbaħ ta’ żewġ studenti tagħhom. L-ewwel waħda hi tifla li ġabret ir-rigal ir-rigali u l-ħelu flimkien ma’ ġugarelli oħrajn li m’għadiex tuża’ u ħadithom fi stitut li jinsab fir-raħal tagħha.

Tifel ieħor hu Nick Bartolo ta’ disa’ snin iddeċieda li jagħti l-iktar ġugarelli favoriti tiegħu lil sieħbu li bħalissa qed jiġġieled il-battalja kontra l-kanċer… liema ġugarelli huma tant għal qalbu wkoll!

Żewġt itfal li ħarsu lil hinn mix-xewqat tagħhom tant li poġġew il-kuntentizza ta’ tfal bħalhom l-ewwel u qabel kollox.