Numru ta’ edukaturi fl-iskejjel ghadhom maqbudin fi kwaratina. Kull skola f’pajjizna qed tigi affetwata minn din is-sitwazzjoni.
Dan spjegah il-President tal-MUT Marco Bonnici f’intervista waqt il-programm NetLive ppreżentat minn Robert Cremona.
“Għandna numru ta’ edukaturi li jinsabu fi kwarantina minħabba li kellhom xi kuntatt, edukaturi li huma pożittivi għall-virus u bl-istess mod għandna studenti li huma kwarantina jew pożittivi,” qal Bonnici.
Minkejja dan kollu, spjega Marco Bonnici, kull skola qed tagħti xi forma ta’ alternattiva biex b’hekk l-ebda student ma jaqa’ lura fit-tagħlim.
“Għandna numru ta’ klassijiet, kemm fl-iskejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti li jinsabu d-dar u t-tgħalim inqaleb online skont id-deċiżenzi tal-iskola partikolari,” qal Bonnici. “Dan biex nassiguraw li t-tgħalim baqa’ jingħata u nirrispettaw il-protokolli.”
Il-President tal-MUT qal li kull skola madwar Malta u Għawdex hi b’xi mod jew ieħor affetwata minn dawn iż-żminijiet, bis-sitwazzjoni qed tiżviluppa ġurnata b’ġurnata hekk kif klassi kapaċi tibda l-bidu tal-ġimgħa fl-iskola iżda l-istudenti jkunu obbligati jaqilbu t-tagħlim online sa tmiem l-istess sġimgħa – sitwazzjoni imprevedibbli għall-aħħar.
“B’xi mod jew ieħor kull skola kellha xi arranġamenti,” qal Bonnici. “Is-sitwazzjoni mhix normali. Xi arranġamenti saru kullimkien… In-numri għadhom deħlin pero huma simili għla dak li kelna qabel il-perjodu tal-Milied.”
Ħafna studenti daħlu lura b’mod fiżiku fil-klassijiet nhar it-Tnejn illi għadda, għalkemm fil-ġimgħa ta’ qabel kienu diġa’ bdew il-lezzjonijiet online.
//= $special ?>