Lokali

L-FOR.U.M. qed jibqgħu jiġu injorati mill-Gvern minkejja tħassib serju li għandhom

FOR.U.M. għal darb’oħra qed jitolbu biex issir laqgħa urġenti mal-Gvern wara li dawn ripetutament ġew injorati. Ħafna fi ħdan is-Settur tas-Saħħa jinsabu mħassba x’se jkunu l-konsegwenzi, li huma mbassra li jkunu pjuttost negattivi kemm fuq il-unions u anke fuq min iħaddem jekk it-tilqim għal kontra l-Covid isir mandatorju.

Il-FOR.U.M. jixtiequ serħan il-moħħ dwar x’qed ikun hemm pjanat mill-Gvern biex b’hekk ikunu jistgħu jiddiskutu l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet u jindirizzaw kwistjonijiet relatati biex ikun hemm l-inqas effetti negattivi possibli.

L-MUMN kien talbet biex issir laqgħa oħra fil-ġranet li għaddew mal-Ministru tas-Saħħa u numru ta’ ministri oħra dwar it-tibdil fil-miżura tal-kwarantina, iżda dawn ġew injorati, bil-Professur Charmaine Gauci biss tattendi iżda xorta ma ttihomx soluzzjoni u serħan il-moħħ minkejja li tagħthom raġun tal-punti li qajmu.