Futbol Sport

Rebħiet għall-Kosta tal-Ivorju, l-Mali u l-Gambia

Fi Grupp E il-Kosta tal-Ivorju għelbu lil Guinea Ekwitorjali bl-iskor ta’ 1-0. Gowl wara biss ħames minuti skorjat minn MAX ALAIN GRADEL li għeleb lil Manuel Sapurga kien biżżejjed għal Kosta tal-Avorju biex jgħelbu lil Guinea minkejja li matul il-partita qasmu l-logħob mal-avversarji.

Minn Grupp F il-Mali kisbu wkoll rebħa minima ta’ 1-0 fuq it-Tuneżija. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu 0-0. Biex fit-48 minuta kien IBRAHIMA KONE li minn penalty għeleb lil Bechir Ben Said biex poġġa lil Mali fil-vantaġġ. Fis-77 minuta fit-tieni penalty tal-ġurnata ix-xutt ta’ Wahbi Khazri għat-Tuniżija kien salvat minn Ibrahim Mounkoro sabiex fis-87 minuta tkeċċa El Bild Ture’ għal Mali.

Intant mill-istess Grupp F, il-Gambja tal-eks coach tat-tim nazzjonali Malti, Tom Saintfiet, kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Mawretanja. Wara biss għaxar minuti Gambja marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni tal-attakkant ta’ Bologna Musa Barrow kien ABILE JARROW li għeleb lil Babacar Diop f’dak li kellu jkun il-gowl li ddeċieda l-partita. 

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Kosta tal-Ivorju v Guinea Ekwitorjali 1-0, Tuneżija v Mali 0-1, Mawretanja v Gambja 0-1