Lokali

Roselyn Borg Knight tirriżenja minn Segretarju Internazzjonali tal-PN

Aktar kmieni llum, l-avukat Roselyn Borg Knight ħabbret illi rriżenjaw mill-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-PN.

Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li rringrazzja lil Roselyn Borg Knight għas-snin ta’ servizz li tatu fid-diversi karigi li okkupat, awguralha għall-futur u l-għażliet li għamlet fil-karriera tagħha. F’messaġġ fuq il-media soċjali, Borg Knight qalet li se tibqa’ tappoġġja l-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil Rosely Borg Knight u wera fiduċja li hi se tibqa’ tagħti l-kontribut u l-appoġġ lill-Partit fix-xhur u s-snin li ġejjin.

Il-Partit Nazzjonalista fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jiftaħ il-proċess sabiex jinħatar is-suċessur fil-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali.