Internazzjonali

Stati Uniti: Joe Biden jinsisti dwar riforma storika għal-liġijiet elettorali

Ritratt - EPA

Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, qed iħeġġeġ għall-bidliet storiċi fir-regoli tas-Senat Amerikan u meta hu qed jipprova jirriforma l-liġijiet elettorali ta’ pajjiżu. Biden, waqt diskors imqanqal fil-belt ta’ Atlanta, qal li qed jappoġġja l-bidliet li jippermettu biex ir-riformi għall-vot fis-Senat jgħaddu mingħajr l-appoġġ tar-Repubblikani fl-Oppożizzjoni.

Madankollu, il-pjani ta’ Biden qed ikunu ostakolati minn żewġ senaturi tal-partit tiegħu li mhumiex konvinti dwar dan il-pass. Fl-istess ħin, l-ebda Repubblikan fis-Senat mhu qed jappoġġja r-riformi pjanati tal-President.

Il-parti kbira tal-leġislazzjoni, bħalissa, teħtieġ l-appoġġ minn maġġoranza ta’ 60 fil-mija tas-senaturi biex tgħaddi mis-Senat.

U waqt li l-Partit Demokratiku u l-Partit Repubblikan it-tnejn għandhom l-istess livell ta’ rappreżentanza fil-kamra ta’ fuq tal-Kungress hu kważi ċert li l-ambizzjonijiet ta’ Biden relatati mar-riformi tal-votazzjoni  mhumiex se jsir realtà mingħajr xi bidla sinifikanti fl-istatus quo.