Lokali

Tal-ħwienet urtati li ġew imqabbla mal-komunisti

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana spicca jqabbel n-negozjanti lokali ma’ kommunisti u kapitalisti. Bhas-soltu prova jdahhaq. U bhas-soltu ma dahaq hadd. Konferma li sab ruħu fil-kariga Ministerjali mhux bil-mertu jew il-kapacita’ …izda ghax poggewh.

Hekk stqarr l-avukat Franco Debono wara l-kummenti xokkanti li qal il-Ministru Clyde Caruana din il-gimgha fil-Parlament – diskors illi fih qabbel lil tal-hwienet u lin-nies fin-negozju mal-komunisti.

Franco Debono stqarr li dan il-Ministru, li għadu jibda, diġa dejjaq lil kulħadd – irrispettivament mill-kulur politiku.

Fil-fatt, kienu bosta s-sidien tal-hwienet u imprendituri li tkellmu ma’ Net News u esprimew il-frustrazzjoni taghhom ghal dan id-diskors tal-Ministru tal-Finanzi – li sejhulu diskors “pwerili”, ta’ politiku li ma jafx kif jahdem il-business u li m’ghandux idea kemm haddiema qed igawdu mill-ġid li joħolqu dawn l-imprendituri.

“Aħna familja. Il-ħaddiema tagħna saru parti minnha. Trid tkun veru arroganti biex issejħilna Komunisti”, stqarr magħna persuna li għandu negozju żgħir b’ħames impjegati.

Oħrajn kienu aktar diretti – u insistew li issa l-Gvern qed jaqbad maż-żgħir, u jinjora l-ħuta l-kbira. Filwaqt li għandna ministru li qed jinsulta b’dan il-mod lill-imprendituri.