Internazzjonali

10 snin mit-traġedja tal-Costa Concordia

Għaddew 10 snin mit-traġedja tal-Cruise liner Costa Concordia – traġedja li kienet ħasdet il-ħajja ta’ 32 persuna.

Dakinhar tal-incident, il-bastiment kien ilu saghtejn biss li halla l-port ta’ Civitavecchia f’Ruma …b’mijjiet ta’ persuni li kienu pjanat illi jibdew is-sena 2012 bi btala fil-Mediterran. Izda ftit ‘il barra mill-gzira ta’ Giglio, fin-naha tat-Toscana, l-vapur, b’tul ta’ kwazi 300 metru, habat ma’ sikka … u nqeleb.

Fost paniku enormi, kien hemm min qabez fil-bahar u ghoma sal-gzira ta’ Giglio – izda kien hemm min f’dan il-hin kien diġa tilef hajtu.

Il-filmati u r-rekordings migbuda minn passiggieri u minn membri tal-ekwipaġġ stess jibqghu memorja kerha ta’ dak il-jum iswed.

L-aktar wieħed popolari jibqa’ r-rekording tat-telefonata li saret bejn il-Kaptan tal-port Gregorio De Falco u il-Kaptan tal-Concordia Francesco Schettino. Dan wara li Schettino abbanduna l-vapur waqt l-għarqa … u ħalla lil kulħadd għal rieħu.

Il-kaptan tal-Costa Concordia kien weħel 16-il sena ħabs wara proċess twil li beda fl-2013 u ħa madwar tliet snin, fejn instab ħati mill-Qrati Taljani ta’ qtil involontarju ta’ 32 persuna wara li abbanduna l-vapur waqt l-għarqa. B’kollox, abbord il-Cruisliner, kien hemm 4,000 persuna….li jinkludu l-ekwipaġġ.

Fil-ġuri ħareġ illi Schettino ried li “jolqot tlett għasafar b’ġebla waħda” meta dderieġa l-vapur lussuż tal-passiġġieri lejn il-gżira ta’ Giglio, f’manuvra li spiċċat f’diżastru sħiħ.

Schettino kien qal illi hu kien ħerqan li “jsellem” lill-gżira żgħira sabiex jogħġob lill-head waiter tal-vapur, u biex jipprovdi spettaklu għall-passiġġieri tiegħu.

Il-kaptan Schettino … imbikkem għal aħħar…kien qal li hu spiċċa l-ħaruf tas-sagrifiċċju, speċjalment minħabba li fi kliemu, il-mezzi tax-xandir, biddlu l-mod kif seħħet il-ġrajja fil-verita’.

Apparti il-kaptan, kien hemm ħames membri oħra tal-ekwipaġġ li kienu kkundannati l-ħabs. Il-pieni kienu jvarjaw minn 18-il xahar ħabs għal sentejn u għaxar xhur.

Intant … l-Italja tul il-jum immarkat l-10 anniversarju mid-diżastru tal-Costa Concordia b’quddiesa li saret f’nofsinhar għall-memorji tal-vittmi.