Abner Aquilina ta’ 20 sena miż-Żejtun wieġeb mhux ħati li qatel lil Paulina Dembska, Pollakka ta’ 29 sena fi Ġnien Indipendenza tas-Sliema fil-jum tal-Ħadd tat-2 ta’ Jannar li għadda hekk kif l-istudenta kienet qed titma’ l-qtates fil-ġnien, xi ħaġa li kienen tħobb tagħmel.
Quddim il-Maġistrat Ian Farrugia id-difiża ta’ Aquilina qalet li ma kinitx se tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat iżda li dan jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-isptar Monte Carmeli, xi ħaġa li trid tiġin deċiża mit-tabib tal-ħabs u mid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Aquilina ġie mixli li bejn l-4.00am u s-6.00 am, qatrel lil Demska, stupraha, sskwestra kontra l-volontà tagħha u li ġiegħla tagħmel xi ħaġa li toffendi il-pudur tagħha. Fl-iżbarra l-akkużat kien liebes ġakketta blue bi flokk imdawwar m’għonqu u deher ħafna kalm ħafna fl-awla.
Preżenti fl-awla kien ħafna uffi minn naħa uffiċjali tal-prosekuzzjoni fosthom id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia. Għal xi ħin l-avukat Mario Mifsud li deher għall-akkużat qagħad maġenbu. Għall-parte civile, f’isem il-vittma deher l-Avukat Stefano Filletti.
Preżenti wkoll kien hemm membri tal-familja tal-akkużat fosthom ommu li kienet fil-kumpanija tal-Ispettur Christina Delia. L-omm dehret ferm imnikkta b’dak kollu li kien qed iseħħ fl-awla tal-Qorti. F’ħin minnhom qabel ma beda l-proċess tal-Qorti, l-akkużat deher ukoll idur u jkellem lil ommu.
Hekk kif kien se jibda l-każ, il-Maġistrat Ian Farrugia qal lil Aquilina biex ineħħi jdejh mill-but. Hekk kif inqraw l-akkużi d-difiża ma kkontestatx il-validità tal-arrest. Aquilina tressaq mis-Supretendent Keith Arnaud, l-Ispetturi Jonathan Ransley, Shawn Pawney u Wayne Camilleri. Kien l-Ispettur Ransley li qara l-akkużi quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.
Dwar x’wassal għall-arrest ta’ Jannar ingħad li l-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm katavru fi Triq it-Torri u li kien hemm persuna li kien ittieħed fil-poliklinika tal-Floriana għal xi grif u ġrieħi li kellu. Hu beda jgħid xi diskors u spiċċa arresatat u wara ttieħed l-isptar Monte Carmeli.
Ransley qal li mill-mistqosijiet li għamlitlu l-Pulizija u mit-tweġibiet li huwa ta, l-Pulizija fehemet mill-ewwel li kien hu li kkommetta d-delitt, Meta mistoqsi mill-Qorti Aquilina qal li ma jaħdimx. Aquilina ġie mixli wkoll li stupra lit-tfajla bi vjolenza u li offenda l-pudur tagħha. Huwa kien qed jitressaq il-Qorti l-għada li ġie rilaxxat mill-Isptar Monte Karmeli fejn il-Pulizija komplew bl-interrogazzjoni tagħhom maż-żagħżugħ residenti ż-Żejtun.
Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena li ġie arrestat, b’rabta mal-qtil tat-tfajla Pollakka ta’ 29 sena, kien ittieħed l-Isptar Monte Carmeli, l-għada tad-delitt, wara li xi ħin li kien qed jiġi interrogat. Meta Aquilina ġie rilaxxat mill-Isptar Monte Karmeli reġa’ tpoġġa taħt arrest u fil-preżenza tal-Avukat tiegħu Mario Mifsud huwa għamel xi ħin jiġi mistoqsi dwar ir-reat.
Il-Pulizija kienet qalet li kellha twaqqaf l-interrogazzjoni taż-żagħżugħ, minħabba li ttieħed l-Isptar Mater Dei biex jarawh it-tobba. Minn hemm inħass il-bżonn li jiġi trasferit lejn l-Isptar Monte Karmeli. Aquilina kien ġie arrestat fil-Knisja tal-Balluta f’tas-Sliema wara li qajjem kommossjonikmieni l-Ħadd filgħodu stess. Persuni fil-knisja kienu qalu li Aquilina tela’ fuq l-artal u qaleb sedja u leġiju.
Huwa kien ħasad lil dawk kollha li kienu fil-Knisja jistennew biex tibda l-ewwel quddiesa tal-ġurnata u kien raġel li kien preżenti ħareġ lil Aquilina barra mill-Knisja. Id-difiża talbet li tkun rakkondata flok jinżamm il-ħabs jinżamm fil-forensic unit li hemm l-isptar Monte Carmeli, li jagħmel ukoll parti mill-ħabs.
Dwar jekk jerġax jintbagħat Monte Carmeli, l-Prosekutur f’isem l-AĠ Anthony Vella qal li l-aħjar li l-ewwel huwa għandu jiġi eżaminat mit-tabib tal-ħabs u d-deċiżjoni dwar dan għandi timxi minn hemm. Il-Qorti qalet li l-preogativa hija tad-Direttur tal-ħabs bl-Avukat Mifsud jgħid li jista’ jkun li f’dawn il-ħinijiet jista’ ma jkunx hemm it-tabib li jista’ jieħu deċiżjoni bħal din.
Il-Qorti qalet li la darba mhux qed jintalab il-ħelsien mill-arrest id-difiża qed tirrakkomanda lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex mill-aktar fis possibbli l-imputat jingħata l-assessments meħtieġa u abbażi ta’ dan id-Direttur jiddeċiedi, fejn wara kollox din tibqa’ preogattiva tiegħu, f’liema istituzzjoni għandu jinżamm l-imputata sabiex b’hekk ikunu protetti l-interessi kemm tal-imputat kif ukoll tas-soċjetà.
Dan kollu wara li d-difiża kienet qed tirilieva li f’dawn l-aħħar jiem Abner kien qed jinżamm l-isptar Monte Carmeli. Issa il-każ għandu jiġi assenjat lill-Maġistrat ieħor li jitla’ bil-polza biex jisma’ ix-xhieda tal-kumpilazzjoni.
//= $special ?>