Futbol Sport

Aston Villa jikkonfermaw lil Lucas Digne… Chris Wood jissieħeb ma’ Newcastle

Aston Villa kkonfermaw it-trasferiment tad-difensur laterali Lucas Digne mingħand Everton għas-somma ta’ £25 miljun. Id-difensur ta’ 28 sena ma rnexxielux isib postu mal-ewwel ħdax kemm ilu fit-tmexxija il-coach Rafael Benitez. F’post fil-media soċjali Digne stqarr li ma stennix li l-esperjenza tiegħu se tintemm b’dan il-mod, filwaqt li rringrazzja lill-partitarji ta’ Everton. Digne issieħeb lil Everton fl-2018 għas-somma ta’ 18-il miljun fejn lagħab 127 darba u skorja sitt gowls fl-erba’ snin li għamel f’Merseyside.

Intant Newcastle iffirmaw lill-attakkant ta’ Burnley Chris Wood għas-somma ta’ £25 miljun. L-attakkant ta’ 30 sena iffirma sal-istaġun 2023-2024, b’Woods isir it-tieni trasferiment ta’ Newcastle wara Kieran Trippier. Il-coach Eddie Howe saħħaħ l-iskwadra tiegħu b’dan it-trasferiment wara li l-attakkant Callum Wilson sofra injury fil-pexxun u se jkun qed jitlef tmien ġimgħat.