Futbol Sport

Athletic Bilbao fil-finali kontra Real Madrid

Fit-tieni semi finali tas-Super Cup Spanjola kienu Atlethic Bilbao li ħarġu rebbieħa fuq Atletico Madrid bl-iskor ta’ 2-1. Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls, fit-tieni taqsima kienu Atletico Madrid li marru fil-vantaġġ fit-62 minuta meta d-daqqa ta’ras ta’ Joao Felix ħabtet mal-lasta, bil-ballun jaħbat mal-goalkeeper Unai Simon u jispiċċa fix-xibka.

Madanakollu Atheltic Bilbao kisbu d-draw fis-77 minuta meta minn corner ta’ Iker Munian kien Yeray Alvarez li għola fuq kulħadd u bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-1. Biex erba’ minuti wara huma skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa, meta minn x-xutt ta’ Inigo Martinez kien parjzalment imtajjar, bil-ballun jaqa’ għand Nico Williams li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 2-1.

Fil-finali issa Athletic Bilbao jiltaqgħu kontra Real Madrid li l-Erbgħa filgħaxija, f’partita mill-isbaħ, għelbu lil Barcelona 3-2 wara l-ħin barrani. Il-finali se tintlagħab nhar il-Ħadd fl-Arabja Sawdija.

SUPER CUP SPANJOLA

Semi finali: Barcelona v Real Madrid 2-3, Ateltico Madrid v Athletic Bilbao 1-2

Finali: Il-Ħadd Real Madrid v Athletic Bilbao 7.30pm