Coronavirus Lokali

COVID-19: Il-pandemija tħalli erba’ vittmi oħra; 15-il mewta f’sitt ijiem

Fl-aħħar sigħat, il-Ministeru tas-Sahha ikkonferma erba’ vittmi oħra kaġun tal-Coronavirus. Il-vittmi huma tlett nisa li kellhom 71, 76 u 93 sena u raġel ta’ 87 sena. B’hekk it-total ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija sal-lum issa tela’ għal 500. Dan ifisser ukoll li pajjiżna rreġistra 15-il fatalità fl-aħħar sitt ijiem.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, instabu 426 każ ġdid ta’ Covid-19…b’108 persuna pożittiva li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Dan filwaqt li l-għadd ta’ pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva issa niżel għal 8.

Waqt konferenża tal-aħbarijiet il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabbar ukoll li l-każi ġodda tal-Covid-19 huma kollha każi tal-varjant Omicron.

Fl-istess perjodu, qed jitqiesu bħala mfejqa mill-virus 1,261 persuna minkejja li s’issa dawn il-persuni mhux obbligati li jerġgħu jagħmlu swab test li jikkonfermalhom li fiequ mill-virus.

Intant ..  il-każi attivi huma 12,301.