Lokali Qorti

Direttur ta’ ristorant f’San Ġwann jgħid kif impjegata wettqet frodi ta’ eluf ta’ ewro u vvintat stejjer

Direttur ta’ ristorant f’San Ġwann qal fil-Qorti li mara li kienet impjegata miegħu spiċċat ma’ tħallasx lis-suppliers tal-ikel mill-flus li kien iħallilha fis-safe. Kawża ta’ dan l-istabbiliment spiċċa f’dejn ta’ eluf ta’ ewro mad-diversi kumpaniji li kienu jisuplixxuh fi prodotti relatati ma’ ikel meta hu kien mingħalih li kollox miexi ħarir.

Sadanittant Kurt Anastasi li jiġġestixxi n-negozju ma’ ħaddieħor qal li hu kien jirċievi messaġġi mingħand persuna li Antonia Camilleri kienet tgħidlu li huwa missier it-tifel tagħha, li jgħix l-Ingilterra, meta l-messaġġi li kien jirċievi kienu ġejjin minn ‘fake profile’ ta’ tifel għadu żgħir.

Anastasi kien qed jixhed f’kumpilazzjoni li bdiet tinstema quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo fil-konfront ta’ Antonia Camilleri ta’ 42 sena minn San Ġiljan u residenti l-Belt Valletta, li hija mixlija bi frodi ta’ madwar €80,000 għad-dannu tar-ristorant La Rovesciata, li huwa wkoll sports bar, u li jinsab mal-kumpless sportiv tal-futbol ta’ San Ġwann.

Hija qed tiġi wkoll mixlija li b’qerq dawwret għalija profitt li ġej minn qerq u attività kriminali. Anastasi qal fil-Qorti li hija ilha mpjegati mal-istabbilment bejn l-2017 u l-2018. Qal li huwa sar jaf lil Camilleri minn ħabib tiegħu fin-negozju u r-responsabbilità tagħha meta ġiet impjegata kienet li tieħu ħsieb kważi kollox.

Kienet tmexxi kważi kollox

Ix-xhud qal li kellha l-inkarigu li timpjega lin-nies, tara l-ħinijiet li jaħdmu, tordna l-ikel għall-kċina u t-tmexxija ta’ kuljum tal-istabbiliment. “Kellna xi 15-il suppliers, barra xi supermarkets li kienet tixtri mingħandhom ta’ kuljum.

Anastasi qal li fir-ristorant hemm safe u minn hemm kellu jsir il-ħlas lil dawk li jġibu x-xogħol u dan kien hemm qbil fuqu anke mal-akkużata biex ma jkunx hemm ħafna jdejn. “Kienet tgħidilna aħjar f’idi għax ħadd ma jaf min jista’ jmisshom, kompla jgħid ix-xhud.

Mistoqsi kif induna li qed jonqsu l-flus ix-xhud qal li l-ewwel beda ‘supplier’ u wara komplew oħrajn.

Kienu qegħdin jgħidulu li għadhom lura fil-ħlasijiet, meta x-xhud qal li kellu nformazzjoni li l-ħlas kien qed isir. Kien hemm min kellu jieħu €3,000 u anke aktar. Meta kien qal lill-akkużata dwar l-invoices li kienu qed jintbagħtu, hija qaltlu għaliex ‘dawk ma bagħtuhomx hawn?’

Anastasi qal li Camilleri kienet iġġib ħafna skużi u tgħidlu ma tafx fejn poġġiet il-flus u aktar, pero r-raġuni vera qatt ma tagħta. Meta ndunaw bdew inaqqsu r-responsabbità minn fuqha, ‘ u aħna ħadna over’, qal ix-xhud.

Kien hemm mument fejn kienet tgħidilhom li l-għada ġejjin il-flus. “Darba kont se nsiefer u domt nistenna sas 1.00am biex forsi jaslu l-flus li kienet qaltli li ġejjin .Ma ġie xejn lanqas sal-5.00pm u l-għada qaltli ma nistax inġibhom?” 

Ix-xhud kompla li r-risposta mingħandha ejjem tkun ma nafx, .ma n=tafx fhiex nefqithom u lil min tathom, jew poġġiehom x’imkien u ma tafx fejn ħallithom. Darba qalet li ħalliet enevleope f’taxi u ma tafx ma’ min?

Bdiet tgħid li għandha tifel u propjetà

Id-Direttur tar-ristortant qal li hija kien tgħid ukoll Qaletli għandha tifel u li missieru huwa iben negozjant Malti li jgħix l-Ingilterra, li huwa tal-flus u li jibgħatu lit-tfal hemm biex ikollu l-aħjar edukazzjoni.

Sadanittant il-biċċa kibret fejn kien hemm min beda wkoll jagħmel ukoll is-sekwestri. Minflok bilanċ ta’ żero mas-suppliers l-affarijiet bdew jiggravaw u d-djun bdew jikbru.

Mistoqsi kien beda jispera li se jieħu l-flus lura Anastasi qal li hija bdiet tagħtih il-garanziji. “Fdajt li se tagħtini l-flus marret għax marret ukoll għand in-nutar tagħha tagħmel ipoteka biex jekk ikun hemm il-bżonn taqleb il-propjetà tagħha. Kienet tgħid ukoll li flus tibgħathom lil missier it-tifel tagħha fl-Ingilterra,”

Kienet qaltlu wkoll li għandha propjetà li tiswa’ €1.2 miljun f’Portomaso u li kienet se tiret propjetà f’Tas-Sliema minn waħda anzjana. Anastasi kompla jgħid li huwa kien beda jirċievi messaġġi fuq il-mobile number bil-kliem  teħdiliex il-flus għax qed nibża’ li nitilifha. Dawn ic-chats kienu jintbagħtu minn persuna li jisimha David Borg, is-suppost missier iben l-akkużata.

Aktar tard imma skopra li dawn  ic-‘chats’ kienu ġejjin minn tifel. Dan kien fil-21 ta’ Frar, 2019. Qal li ‘chat’ minnhom kien jgħid “Take care of Antonella, at the moment I’m driving her crazy.” (Ħu ħsieb lil Antonella għax bħalissa qed inġenninha).

Ix-xhud kompla jgħid li l-istorja kibret fejn hu kien mar l-Ingilterra fejn kien se jkun il-parrinu ta’ binha li kellu jagħmel il-griżma. Dan qatt ma tfaċċa għax skont l-akkużata il-qassis ma kienx disponibbli, u meta staqsa lil Camilleri jekk il-griżma setgħax jagħmililu qassis ieħor, hija qaltlu li għax missieru lil dak il-qassis irid.  Anastasi qal li r-raġel li kienet issemmi bħala missier it-tifel jeżisti imma hu la qatt iltaqa’ miegħu u lanqas mat-tifel. Darba kien se jiltaqa’ mal-missier imma rċieva messaġġ li ma setax jiltaqa’ miegħu għax għandu d-deni.

Il-‘fake profile’ kien ta’ iben xufier tat-taxi li kien jaf

Mistoqsi kif sar jaf li n-numru kien ‘fake profile’, Anastasi qal li huwa mar jagħmel tftixxija fuq dan in-numru, tela’ ritratt ta’ tifel ta’ 14-il sena. Qal li l-akkużata ma kinitx issuq u ta’ spiss kienet titlaq mix-xogħol b’taxi, li x-xufier tagħha għandu tifel.

Huwa qal li meta mar ikellem lil tat-taxi u qallu bil-biċċa, dan ħassu ħażin għax ħass li daħal f’bawwxata mingħajt ma kien jaf. Dwar kif minn dan il-mobile tat-tifel kien jispiċċa jibgħat messaġġi lilu, Anastasi skopra kif kien seħħ dan kollu.

Tat-taxi qallu li mhux l-ewwel darba Antonia Camilleri kienet titolbu juża l-mobile tat-tifel għax tgħidlu li tagħha huwa bla ‘charge’jew bla ‘credid’. U li kien jiġri meta l-mobile kien ikun f’idejha, hija kienet tibgħat lix-xhud il-messaġġi, li taparsi qegħdin jintbgħatu  minn misser binha, li jidher li ma jeżistiex.

Ix-xhud qal li huwa jemmen li kienet tħallas lil tat-taxi bil-flus iffrodati. Għal mara qegħdin jidhru l-avukati Franco Debono u Francesca Zarb. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Kurt Borg u mill-Avukat Godwin Cini mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Jannar.