Futbol Sport

Draw bejn Liverpool u Arsenal fis-semi finali tal-EFL Cup

F’Anfield fl-ewwel leg tat-tieni semi finali tal-EFL Cup Liverpool u Arsenal temmew fi draw ta’ mingħajr gowls. Arsenal lagħbu l-maġġoranza tal-partita b’10 plejers hekk kif fl-24 minuta tkeċċa Granit Xhaka wara li waqqa’ lil Takumi Minamino, hekk kif kien l-aħħar raġel.

Liverpool setgħu skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-89 minuta meta Takumi Minamino minn quddiem il-goalkeeper Aaron Ramsdale tefa’ għoli. Minkejja d-dominanza ta’ Liverpool huma ma rnexxielomx jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni bil-plejers ta’ Arsenal jiddefendu tajjeb ir-riżultat. Iż-żewġ timijiet jiltaqgħu nhar il-Ħamis li ġej għat-tieni leg fl-Emirates Stadium.

EFL CUP

Liverpool v Arsenal 0-0