Lokali

Dwar l-aħħar skandlu Laburista Josè Herrera ‘ma jħobbx jagħti ġudizzju’

Wara li ġie żvelat li s-Segretarju Permanenti għall-Finanzi Alfred Camilleri ma approvax il-kuntratt ta’ €163,000 li Chris Fearne ta lill-ħabiba tieghu Carmen Ciantar, il-Ministru Jose Herrera ħassu skomdu jikkummenta dwar dan l-ahhar skandlu tal-Gvern Laburista, u spiċċa jgħid lil NetNEWS li hu ‘ma jħobbx jagħti ġudizzju fuq il-kollegi’.

Herrera qalilna li ma kienx jaf id-dettalji tal-kuntratt li d-Deputat Prim Minisru u Ministru tas-Saħħa ta lil Ciantar, u deher skomdu ħafna jikkummenta.

Hu pprova joħroġ minnha billi qal li ma jafx eżatt x’tip ta’ kariga ingħatat Ciantar, u qal li l-pagi dejjem ikunu relatati mal-karigi.

U meta ġbidnilu l-attenzjoni li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Alfred Camilleri, kien ikkonferma ma’ NetNEWS l-għotja ta’ dan il-kuntratt minghajr approvazzjoni tieghu, Herrera deher aktar skomdu u ma riedx ikompli jikkummenta.