Hamrun Spartans Football Club jidhru qrib li jakkwistaw lill-eks attakkant tat-tim nazzjonali ta’ Franza Jérémy Ménez waqt li l-internazzjonali Malti Matthew Guillaumier hu viċin li jingħaqad mat-Taljani.
L-aħbar kienet konfermata mill-ġurnalist rinomat Taljan Gianluca Di Marzio, b’Reggina 1914 li ilhom għall-aħħar jiem li aċċettaw dak propost minn Hamrun Spartans Football Club. Dan hekk kif Menez, eks plejer ta’ klabbs bħal PSG – Paris Saint-Germain, AC Milan u AS Roma, m’għadux fil-pjanijiet tagħhom.
Waqt li sa ftit sigħat ilu dan it-trasferiment deher impossibbli, hekk kif għall-Franċiż kien hemm offerti mill-Emirati u r-Russja, issa jidher li ż-żewġ partijiet jinsabu qrib ftehim. Attwalment Reggina jinsabu fl-14-il post minn fost għoxrin tim fis-Serie B u sorsi li tkelmu ma’ Replay, ikkonfermaw din l-istorja u żiedu jgħidu li d-Direttur Sportiv tal-klabb, l-eks gowlkiper ta’ Milan, Massimo Taibi llu għal dawn l-aħħar xhur isegwi u juri interess f’Guillaumier.
//= $special ?>