Sport

Inter jirbħu s-Super Cup b’gowl ta’ Alexis Sanchez fl-aħħar minuta

Inter rebħu s-Super Cup fl-Italja meta f’San Siro huma għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Juventus li fetħu l-iskor fil-25 minuta meta minn cross ta’ Alvaro Morata kien Weston McKennie li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Għaxar minuti wara Inter jiksbu l-gowl tad-draw meta Mattia de Sciglio deher iwaqqa’ lil Edin Dzeka fil-kaxxa bir-referee Daniele Doveri jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Lautaro Martinez ma żbaljax għal 1-1.

Biż-żewġ timijiet f’parita’ sa tmiem id-90 minuta il-partita marret għall-ħin barrani, fejn hekk kif kollox deher li sejrin għall-penalties kien Alexis Sanchez li fil-120 mintua, mill-viċin xeħet wara Mattia Perin u ta r-rebħa lill-Inter fl-aħħar minuta tal-partita. Dan huwa wkoll l-ewwel unur ta’ Simone Inzaghi bħala coach ta’ Inter.

SUPER CUP

Inter v Juventus 2-1