Internazzjonali

Israel: Nisa akkużati bħala spjuni għall-Iran

Ħames Iżraeljani spiċċaw arrestati f’pajjiżhom fost akkużi li servew bħala spjuni għall-Iran. Il-każ jinvolvi fost oħrajn erba’ nisa Lhud ta’ dixxendenza Iranjana li, skont is-servizzi tas-sigurtà ta’ Shin Bet, kienu rekultati u kontrollati minn raġel Lhudi residenti fl-Iran.

Qed jingħad li n-nisa tħallsu eluf ta’ dollari biex jiġbdu ritratti ta’ siti sensittivi u jieħdu nota tal-arranġamenti tas-sigurtà f’Iżrael.

In-nisa kellhom anki jistabbilixxu kuntatti mal-politiċi, bl-avukati difensuri qed itennu li n-nisa ma kellhomx ħsieb li jtellfu mis-sigurtà tal-Iżraeljani. Dan meta l-aġenzija Shin Bet qed tgħid li n-nisa kienu parti minn pjan ‘għat-twaqqif ta’ network tal-ispjunaġġ f’Iżrael’.