Coronavirus Lokali Saħħa

Mit-Tnejn “in-normalità ġdida” għal min ħa l-booster

Il-Gvern mhux se jnehhi l-obbligu tal-Green Pass biex wiehed jidhol f’ristoranti, cinemas, u attivitajiet sportivi. Dan minkejja l-kritika qawwija li kien hemm fl-ahhar jiem mill-Korpi Kostitwiti – li tkellmu dwar l-importanza ta’ djalogu u regoli aktar cari.

Waqt aġġornament mogħti mill-Ministru tas-Sahha, kien konfermat li l-Gvern se jibqa’ stinat bil-pjan tieghu minkejja li diversi persuni qed jisħqu li qed jiġu ordnati jieħdu l-booster kontra l-volontà tagħhom.

Minkejja li bil-liġi mhux obbligati jitlaqqmu bit-tielet doża….bil-liġi l-pubbliku qed ikun obbligat jitlaqqam ladarba jrid jgħix ħajja aktar qrib in-normalita.

Dan hekk kif minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar il-pubbliku jista’ jattendi għal avvenimenti sportivi…la darba jkollhom ċertifikat tal-vaċċin validu…jiġifieri wieħed li jgħid li minn tal-inqas minn ġimgħatejn ilu tlaqmu bil-booster.

L-uniku zewg affarijiet li nbidlu huma…li mit-Tnejn li ġej l-użu tal-maskra fuq barra mhux se jibqa’ aktar obbligatorju għal dawk imlaqqma bil-booster…iżda trid tintlibes jekk tkun fi grupp ta’ aktar minn żewġ persuni.

Dan filwaqt li fir-ristoranti, barijiet u snackbars se titneħħa d-distanza soċjali…la darba l-klijenti u l-ħaddiema jkunu mlaqqma bil-booster. Ta’ min wieħed jinnota li biex inti tidħol f’dawn l-istabbilimenti, bħal ristoranti…u anke gyms u ċinema…persuna trid tkun imlaqqma bil-booster.

L-avvenimenti organizzati s’issa jridu jibqgħu bil-pubbliku bilqieghda filwaqt li l-istabbilimenti għadhom bil-curfew sas-siegħa ta’ filgħodu. Iġifieri anke f’dan ir-rigward, ma nbidel xejn.

Intant tħabbru xi eċċezzjonijiet għal min jista jidħol fir-ristoranti mingħajr booster: dawn huma nisa li jinsabu sat-tielet xahar tqala, tfal taħt it-12-il sena u dawk li kellhom reazzjoni qawwija ħafna għall-ewwel u tieni doża b’evidenza ċertifikata.

Dan filwaqt li persuni residenti Malta u li se jkunu ġejjin lura pajjiżna fil-jiem li ġejjin se jkollok il-perjodu estiż għat-tielet doża sa l-1 ta’ Frar….bil-persuni li jkunu ilhom għal perjodu twil barra minn xtutna habba studju jew xogħol jistgħu jiġu meta jridu f’Malta mingħajr ma jagħmlu kwarantina. Dan basta li jilħqu japplikaw għat-teħid tal-booster f’Malta qabel il-wasla tagħhom fil-pajjiż.

Ta’ min wieħed jinnota li persuni li jaħdmu fi stabbilimenti imsemmija iżda ma jkollhomx kuntatt dirett mal-klijenti m’għandhomx għalfejn jitlaqqmu bit-tielet doża…għad-differenza tal-kollegi tagħhom.

Intant dawk li ttestjaw pożittiv għal Covid-19  iridu jistennew 4 ġimgħat biex jieħdu l-booster u għaldaqstant għandhom eżenzjoni ta’ 6 ġimgħat biex ikunu jistgħu jidħlu fl-istabbilimenti mingħajr ċertifikat validu tat-tilqima.

Aktar kmieni din il-gimgha…il-PN appella lill-Gvern biex jirtira l-miżuri li se jiddaħħlu fis-17 ta’ Jannar, li effettivament jagħmlu l-booster tal-vaċċin obbligatorju. Il-PN qal ukoll li l-Gvern irid ikun ferm aktar trasparenti fix-xjenza li fuqha qed jibbaża dawn id-deċiżjonijiet.