Il-Kamerun saru l-ewwel tim li kkwalifika għall-fażi tal-aħħar sittax meta minn Grupp A huma għelbu lil Etjopja bl-iskor ta’ 4-1. Kienu l-Etjopja li marru fil-vantaġġ fir-raba’ minuta permezz ta’ Hotessa Dukele, iżda l-Kamerun irreaġixxew erba’ minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ Karl Toko Ekambi għal 1-1, riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima l-Kamerun ħarġu fuq l-offensiva u proprju fit-53 minuta marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita meta minn pass ta’ Collins Fai kien Vincent Aboubakar li xeħet ġewwa. Żewġ minuti wara l-Kamerun jagħmluhom tlieta meta minn pass ta’ Nicolas Ngamaleu reġa kien Aboubakar li kkonkluda fix-xibka.
Il-Kamerun komplew iżidu l-iskor fis-67 minuta meta kien għal darb’oħra Karl Toko Ekambi li skorja t-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għal Kamerun.
Intant fil-partita l-oħra minn Grupp A l-Burkina Faso kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Cape Verde. Il-gowl uniku tal-partita wasal fid-39 minuta meta minn pass ta’ Issa Kabore kien Hassane Bande li xeħet fix-xibka għal 1-0.
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
Illum: Grupp A Kamerun v Etjopja 4-1, Cape Verde v Burkina Faso 0-1 Għada Grupp B Senegal v Guniea 2.00pm, Malawi v Zimbabwe 5.00pm Grupp C Marokk v Comoros 5.00pm, Gabon v Ghana 8.00pm
//= $special ?>