Lokali

“Se nkunu hawn għalik” – it-tfal ta’ Reggie Cini

Hekk kif fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar li Reggie Cini, l-eks goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti u leġenda ta’ Valletta Football Club jinsab marid… f’post imtella fuq Facebook, bintu Jade Cini appellat lil poplu Malti sabiex iżommu lil missierha fit-talb tagħhom u fi ħsibijiethom.

“Il-familja hija l-unika ħaġa li ma tistax tagħżel fil-ħajja, u d-demm li jaqadna flimkien mal-lealta’ hija xi ħaġa li jien ngħożż b’qalbi kollha. Minkejja li ma naqblux u minkejja d-differenzi ta’ bejnietna, jien qegħda hawn għalik fl-agħar żmienijiet ta’ ħajjtek – għaliex dan li jagħmilna FAMILJA,” Tenniet Jade Cini.

F’post separata fuq Facebook, it-tifel ta’ Reggie Cini, Yenz Cini kiteb li l-aħħar ġranet ma kienux faċli kemm għalih kif ukoll għal bqija tal-familja, iżda hu jittama li bit-talb tal-qraba u l-ħbieb, missieru ser jeqleb għal aħjar u ġranet sbieħ ser jaslu wkoll.

“Għalkemm dan l-aħħar ma konniex qed naqblu bħal ma konna fil-passat, inti xorta wahda tibqa missieri.”

F’diversi posts fuq il-midja soċjali, kemm il-group ta’ Valletta FC Fans, kif ukoll Christian Micallef, il-Minority Leader tal-Belt Valletta kitbu kliem ta’ kuraġġ kemm għal Reggie Cini kif ukoll għal qrabatu.

Christian Micallef tenna, “Sa minn meta kont żgħir, nafek ma’ tibża minn xejn u ħadd. Irbaħt l-akbar battalji diffiċli li kellek, u din li għandek issa konvint litista’ u se tkun qed tirbaħa ukoll. Nafek, nafuk li ma ċċedi qatt. Jekk tġares warajk, tkun tista’ tara kemm għandek nies warajk. Familja u ħbieb li jħobbuk. Kuraġġ Ħabib.”