Internazzjonali

Awstralja: Milħuq ir-rekord tas-sħana tal-1962

L-awtoritajiet ta’ Western Australia ikkonfermaw li fil-jum tal-Ħamis il-mewġa tas-sħana f’dan l-Istat laħqet il-livell rekord tas-sħana li kien twaqqaf fl-1962. Is-sħana tisreġ, din id-darba, kienet irreġistrata fil-belt remota ta’ Onslow, bit-temperaturi jlaħħqu mal-50.7C (123.26F).

Fl-aħħar sigħat, kien ukoll mistenni li jintlaħaq rekord ġdid tas-sħana f’Onslow u l-madwar, fost il-pronostiku ta’ ‘temperaturi għoljin mas-sema’ għal tmiem il-ġimgħa.

L-awtoritajiet ta’ Western Australia, ix-xahar li għadda, kellhom jikkumbattu n-nirien kbar li qabdu qalb il-foresti u l-art aħrax. Dan meta t-temperatura medja f’Onslow għal dan iż-żmien hi madwar is-36.5C. Intant, żewġt ibliet oħra, Mardie u Roebourne, ukoll irrappurtaw temperaturi ta’ ‘il fuq minn 50C għall-jum tal-Ħamis..