Coronavirus Lokali

COVID-19: Tmut persuna oħra f’pajjiżna; 516 każ ġdid

Tħabbret il-mewt ta’ persuna oħra kaġun tal-Covid-19, din id-darba mara ta’ 68 sena biex b’hekk it-total ta’ mwiet hu dak ta’ 501.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 516 każ ġdid filwaqt li fiequ 1,255. It-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 11,561.

U fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 104 pazjenti, bi tmienja minnhom jinstabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ ngħataw kważi 300,000 doża tal-booster.