Lokali

Ebda azzjoni mill-Prim Ministru biex iwaqqaf il-kuntratt ta’ Carmen Ciantar

Fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu wara li ħarġet l-aħbar li l-campaign manager tal-Ministru Chris Fearne qed titħallas 13,000 ewro fix-xahar, il-Prim Ministru baqa’ jfarfar mill-jieħu azzjoni u wera biċ-ċar li anke hu ma jara xejn ħażin f’dan il-kuntratt skandaluż.

Il-Viċi Prim Ministru, Chris Fearne, ta kuntratt lussuż ta’ €163,000 lil Carmen Ciantar, lura fl-2019 bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, fondazzjoni li taqa’ direttament taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.