Internazzjonali

Franza: Immigrant jegħreq fil-Kanal Ingliż, b’oħrajn isalvaw

Immigrant mis-Sudan għereq waqt li kien qed jipprova jaqsam il-Kanal Ingliż biex jasal fir-Renju Unit. Intant, is-servizzi tas-salvataġġ Franċiżi salvaw mat-30 immigranti oħra li kienu fl-istess dgħajsa tal-vittma li waqa’ fil-baħar f’ħin met d-dgħajsa kienet viċin il-kosta ta’  Berck-sur-Mer, lejn in-nofsinar ta’ Boulogne.

Il-parti kbira tal-immigranti li salvaw instabu fuq id-dgħajsa, bil-mewta tas-Sudaniż tkun irreġistrata bħala l-ewwel każ fatali ta’ din is-sena fil-Kanal Ingliż.

Mifhum li d-dgħajsa tal-immigranti spiċċat f’sitwazzjoni diffiċli fost temperaturi ta’ friża u li xi ħadd fl-art tal-kosta ġibed l-attenzjoni tal-awtoritajiet malli ra x’kien qed iseħħ.Ir-rapporti qalu wkoll li uħud mill-immigranti salvati kienu qed ibatu mill-effetti ta’ hypothermia.