Lokali

L-Air Malta se tkeċċi nofs il-ħaddiema tagħha

Il-Gvern ma jirnexxilux jikkonvinċi lill-Unjoni Ewropea

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li l-Air Malta se tkeċċi nofs il-ħaddiema tagħha. Dan hekk kif minn 890 ħaddiem, se jitkeċċew 470.

Dan se jsir bħala parti mill-pjan tal-Gvern biex itaffi ftit mid-dejn li għandha din il-kumpanija. Bħala parti mill-pjan, is-servizzi ta’ ground handling se jinqatgħu, u dan se jwassal għat-telf ta’ 300 ħaddiem. Filwaqt li l-110 li jifdal se jkunu ħaddiema amministrattivi li jingħataw is-sensja.

Ironikament, kien dan il-Gvern stess li fl-2017 wiegħed li “ħadd mill-ħaddiema tal-AirMalta ma kien se jitlef xogħolu”.

Bħalissa l-linja nazzjonali tal-ajru qed tagħmel mal-€170,000 telf kuljum. Iżda se tliet snin ilu, il-Gvern Laburista kien qed jiftaħar li l-AirMalta rreġistrat profitti għall-ewwel darba fi 18-il sena. Effettivament, ħadd ma jaf allura kif il-kumpanija spiċċat fi kriżi finanzjarja enormi.

Ħaddiema li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-Gvern poġġa’ l-AirMalta f’sitwazzjoni tal-biki wara li f’dawn l-aħħar snin kien impjega nies bl-addoċċ. Fosthom lill-preżentatur tal-istazzjon Laburista Karl Stagno Navarra, li ukoll tpoġġa’ fuq il-kotba tal-kumpanija bħala Kap tal-Komunikazzjoni.