Il-Kamra għan-Negozji żgħar u Medji qed titlob lill-Gvern biex jirrevedi l-miżura ta’ kwarantina hekk kif temmen li min joħroġ pożittiv għandu jagħmel ħamest ijiem fi kwarantina minflok bejn 10 u 14-il jum, skont dak li qed ikun issuġġerit miċ-Ċentru tal-Istati Uniti għal Kontroll u Prevenzjoni tal-Mard.
Saħqet li din id-deċiżjoni għandha tittieħed illum qabel għada biex Malta ma tinżamm lura u tkompli tbati mill-effetti tal-pandemija.
Dan hekk kif il-perjodu twil ta’ kwarantina qed iwassal għal riperkussjonijiet fuq is-saħħa mentali taċ-ċittadini u anke fuq in-negozji Maltin, fost l-oħrajn. Huwa għalhekk li l-Kamra għan-Negozji żgħar u Medj temmen li din id-deċiżjoni tat-tnaqqis tal-perjodu ta’ kwarantina hi essenzjali.
//= $special ?>