Lokali

“Laburist minn ġuf ommi” imma “I stand with Bernard Grech” rigward il-kwistjoni tal-booster

https://www.facebook.com/sdalliii/posts/4502017166587361?cft[0]=AZU2FdE5vzQ0_GsZeSvKjkBczRtHVuOEr2f6u632bjyhrr-bfj2vXPoBPg9jeVstGWIzg48xqPRnjKADa2hsdsAqkY-NA2lKwQ-qA6RU5ch-5s6laM3LIopOeZGvTdaTcL2g9A3qw2RE_4Eb0kRP4nJg&tn=%2CO%2CP-R

“Laburist minn ġuf ommi” imma “I stand with Bernard Grech”

Hekk sostna d-direttur u attur Steven Dalli fuq il-midja soċjali b’rabta mal-miżuri li se jkun qed jintroduċi l-Gvern minn nhar it-Tnejn, jiġifieri li jġiegħel lill-poplu prattikament jieħu l-booster bilfors.

Huwa insista li jemmen li din il-kwistjoni tal-vaċċin hija viljakkerija u insista li filwaqt li ma jaqbilx fuq diversi temi mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Steven saħaq li fuq din Bernard Grech għandu raġun.

Dalli saħaq li għandu tal-inqas żewġ persuni qrib tiegħu li wara li ħadu l-vaċċin kellhom kumplikazzjonijiet b’qalbhom filwaqt li appella sabiex fuq il-media lokali jkun hemm dibattitu serju bejn tobba li huma favur u oħrajn li huma kontra t-teħid tal-booster.

Huwa saħaq li kulħadd għandu jitħalla fil-libertà tal-għażla tiegħu u insista li ma jistax ikun li b’xi mod jew ieħor min jiddeċiedi li ma jieħux il-booster jiġi deskriminat…wisq inqas għandek tibża’ minnu.

Filwaqt li preċiża jgħid li hu ħa ż-żewġ dożi tal-vaċċin ta’ bilfors,Steven Dalli sostna li, “kull min jixtieq li ħaddieħor jieħu l-vaċċin bilfors huwa viljakk, egoist, arroganti u mingħajr kuxjenza” Dan filwaqt li saħaq li jekk Bernard Grech qed jiġi attakkat li għamel u-turn, “il-Gvern għamel mitt elf waħda fuq is-suġġett” temm jgħid Dalli.