Lokali

Mara tiddaħħal l-Isptar b’daqqiet ta’ arma kawża ta’ vjolenza domestika

Mara ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara rapporti li dalgħodu qalgħat daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta fid-dar tagħha f’Ħaż-Żabbar… każ li qed ikun meqjus bħala vjolenza domestika.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li dan seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu, bil-mara tittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza.

Il-każ qed ikun investigat mis-sezzjoni tal-vjolenza domestika fi ħdan il-Pulizija.