Għall-ħabta ta’ 11:50am sar inċident bejn vettura u mutur fi Triq ix-Xitwa kantuniera ma’ Triq Ħammieri, Ħal Qormi li ħalla s-sewwieq tal-mutur isofri minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 78 sena minn Ħal Qormi u mutur misjuq minn raġel ta’ 45 sena minn Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lis-sewwieq l-Isptar għal iktar kura.
//= $special ?>