Raġel ta’ 62, mara ta’ 69 u oħra ta’ 86 huma t-tliet vittmi tal-pandemija rreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li issa l-gżejjer Maltin tilfu 504 persuni kawża tal-Covid-19.
Mill-informazzjoni mogħtija fuq Facebook mhux magħruf jekk it-tliet vittmi kienux imlaqqma bil-booster jew le.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt 503 persuna oħra rriżultaw pożittivi għall-virus filwaqt li skont l-istatisika tal-Ministeru tas-Saħħa fiequ 1,307 persuni. Bħalissa il-każi attivi jgħoddu 10,754.
Fl-isptar Mater Dei hemm 102 persuni rikoverati bil-virus, bi tlieta minnhom jingħataw attenzjoni speċjalizzata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>