Internazzjonali

Franza: Iċċelebrat il-legat ta’ Moliere 400 sena minn twelidu

Id-dinja fakkret l-400 sena mit-twelid tal-kittieb famuż Jules Moulier … kittieb ta’ diversi drammi, li fi żmienu kienu meqjusin bħala skandalużi, tant li kienu ġew ipprojbiti biex jinqraw jew jittellgħu fil-pubbliku.

Madankollu hu jibqa’ mfakkar għall-kontribuzzjoni kbira tiegħu lejn ix-xena komika, partikolarment li għolla l-livell ta’ satira għal-livell ta’ rispett u importanza fil-kultura dinija.

Molier kien saħansitra mqabbel ma’ Shakespeare fejn jidħlu drammi bħal “A scandal shakes Versailles: “Tartuffe”, “Don Juan, “The Misanthrope” u “The imaginary Invalid: Laugh until the end”.