Lokali

Iċ-Chief of Staff ta’ Fearne tpoġġi wkoll fuq il-bord tal-MGA

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħa li jħaxxen waħda w’sew il-but ta’ Carmen Ciantar, eks Campaign Manager tiegħu li llum laħħaqħa mhux biss Chief of Staff meta laħħaqha wkoll Kap Eżekuttiv ta’ tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Kariga li se tkun qed tħallilha fil-kont tagħha €13,000 kull xahar. Kuntratt skandaluż ieħor mal-lista twila ta’ kuntratti oxxeni li ħarġu bil-barka ta’ Ministeri differenti Laburisti fl-aħħar snin.

Imma minbarra dan il-qligħ, iċ-Chief of Staff ta’ Fearne tpoġġi wkoll fuq il-bord tal-Awtorità tal-Gaming f’pajjiżna. U talli għandha isimha fuq dan il-bord, iddaħħal €6,250 oħra.

Il-kuntratt skandaluż li Fearne ta fuq platt tad-deheb lill Ciantar sab il-kundanna ta’ ħafna, anke fl-isfond tal-aħbar li ħarġet ilbieraħ, fejn il-Ministru Clyde Caruana ħabbar li kienu se jitkeċċew kważi 500 ħaddiema għax mhemmx flus fl-AirMalta. Dan apparti l-fatt tal-ħajja li dejjem qegħda togħla, bil-pagi jibqgħu tista’ tgħid dejjem statiċi.