Internazzjonali

Korea ta’ Fuq: Test ieħor tal-missili

Il-media tal-Korea ta’ Fuq ħabbret li fis-sigħat li għaddew, il-pajjiż ittestja missila oħra li ġiet sparata minn ferrovija.

Ir-rapporti jgħidu li l-missila ġiet sparata ftit wara li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin temm diskors mimli tgħajjir fil-konfront tal-Istati Uniti wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-Gvern Amerikan introduċa sensiela ta’ sanzjonijiet ġodda kontra l-pajjiż komunista.

Diversi sorsi internazzjonali stqarrew li jinsabu mħassbin ferm hekk kif jidher li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un qed imur lura mit-tattiċi diplomatiċi ta’ missieru Kim Jong-Il, b’theddid u aggressjoni minflok ftehim u paċi.

Barra minhekk, hemm tħassib ukoll għall-mudell tal-missila, hekk kif rapporti qed jindikaw li din kienet mudell Russu tal-2019 – meqjus bħala antik – fost mistoqsijiet dwar minfejn il-Gvern Komunista ġab dawn it-tip ta’ mudelli.