Lokali

L-istudenti tal-MCAST jistaqsu “min se jgħina?”

Filwaqt li l-Università ta’ Malta qalbet aktar min-nofs l-eżamijiet tagħha għal sistema virtwali l-istudenti tal-MCAST għadhom f’limbu u inċertezza. Dan hekk kif ir-regoli tal-MCAST rigward l-eżamijiet ta’ wara l-Milied qiegħdin jkomplu juru biċ-ċar n-nuqqas ta’ ħsieb u konsiderazzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli li diversi studnti qiegħdin jiffaċjaw ruħhom magħha.

Diversi sorsi stqarru ma’ Net News li għal kuntlarju tal-Università, l-istudenti tal-MCAST bilfors jridu jattendu b’mod fiżiku għal eżamijiet tagħhom, dan minkejja li llum il-ġurnata hemm diversi alternattivi virtwali biex l-istudenti tal-MCAST jagħmlu l-eżamijiet tagħhom b’mod virtwali.

Sorsi oħrajn stqarru magħna li minbarra li l-istudenti jridu jattendu fiżikament għal eżamijiet tagħhom f’nofs pandemija u numru kbir ta’ każi kuljum bla rażan, dawk l-istudenti li jispiċċaw fi kwarantina u jitilfu l-eżamijiet tagħhom se jkollom jistennew sal-bidu tat-term skolastiku li jmiss biex jagħmlu l-eżamijiet tagħhom. Dan jfisser li minn jitlef l-eżamijiet ta’ Frar, se jkollu jistenna 4 xhur oħra sakemm jkun jista jattendi għall-eżamijiet.

Dan filwaqt li studenti li għadhom kemm joħorġu minn kwarantina qiegħdin jiġu sfurzati biex jattendu l-kumplament tal-eżamijiet tagħhom b’mod fiżiku li tkompli ttella’ r-riskju li tinxtered il-pandemija lil studenti oħrajn.

Diversi sorsi fi ħdan l-MCAST stqarru li l-amministrazzjoni ta’ din l-istituzzjoni qiegħdin jieħdu diversi deċiżjonijiet irresponsabbli f’nofs pandemija. Minbarra li l-MCAST mhiex qed tkun flessibli għal eżamijiet, l-amministrazzjoni mhiex qed tinfoma l-istudenti jekk mhumiex qiegħdin jinstabu każijiet ġodda fi ħdan il-klassijiet. Saħansitra l-istudenti nfushom qiegħdin jagħmluha premura li jinfurmaw lill-sħabhom fil-klassi li ħarġu pożittivi bil-Covid, irwol li għandu jkun f’idejn l-amministrazzjoni tal-MCAST u mhux l-istudenti.

Sorsi komplew biex jgħidu li għal diversi drabi r-rapreżentanti tal-klassijiet u l-fakultajiet kellhom laqgħat mal-amministrazzjoni tal-MCAST biex jbiddlu jew jadattaw ir-regoli preżenti għal-regoli li huma aktar flessibli għal-istudenti, madankollu, l-amministrazzjoni rrifjutat li tibdel ir-regoli.

Dan huwa l-kuntlarju tal-wegħdiet li għamlet l-amministrazzjoni mal-istudenti tal-MCAST fejn aktar kmieni fil-bidu tas-sena ddikjarat li se timxi b’mod ġust u li se tagħmel l-almu tagħha biex “tippreveni u tipproteġi” it-tixrid tal-pandemija fi ħdan l-MCAST.