Lokali

Prim Ministru maqtugħ mir-realtà – il-PN

Robert Abela llejla kkonferma kif f’sentejn bħala Prim Ministru inqata’ mir-realtà ta’ dak li għandu bżonn pajjiżna. Robert Abela sejjaħ l-Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika bħala gimmick.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, fejn kompla li Abela qal li f’sentejn ma kellux każ wieħed ta’ governanza ħażina, fl-istess waqt li fl-aħħar minn sensiela ta’ skandli, Chris Fearne ta xogħol lill-Campaign Manager tiegħu ta’ €13,000 fix-xahar minn flus il-poplu.

Robert Abela ta l-akbar konferma li sentejn bħala Prim Ministru huma aktar minn biżżejjed u pajjiżna għandu bżonn mill-aktar fis tmexxija serja li ddawwar id-direzzjoni ta’ pajjiżna u terġa’ tgħolli isem pajjiżna.