Lokali

Raġel ta’ 56 sena bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 56 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater wara li weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq Tas-Sliema, San Gwann għal ħabta tad-9.30 am.

Minn stħarriġ prelimenarju jidher li l-ħabta seħħet bejn mutur Yamaha, li kien misjuq mill-vittma u Mitsubishi ASX, misjuq minn raġel ta’ 44 sena resident l-Gżira.

Ir-raġel ta’ 56 sena ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u ittieħed immedjatment l-Isptar Mater Dei.

Tags