Lokali

“Tawni għaxart ijiem biex nippakja u nitlaq” – ħaddiema tal-AirMalta urtati għall-attitudni tal-Gvern

“Wara snin ta’ servizz fl-AirMalta, iriduni nippakja u nitlaq. Tawna biss għaxart ijiem. Daqshekk jistmawna!”.

Dan kien biss wieħed minn diversi kummenti li waslu għand Net News minn ħaddiema tal-AirMalta li huma urtati għall-attitudni tal-Gvern illi donnu għandu flus għal kollox, iberbaq kemm jiflaħ fil-propaganda, itajjar l-eluf għal tal-qalba…iżda imbgħad ma sabx flus biex isostni lill-ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Ħaddiem ieħor fakkarna kemm Konrad Mizzi kien jiftaħar li l-AirMalta ġiet fuq saqajha meta kienet taħtu. U stqarr magħna: “Mela aħna jitrattawna ta’ tfal? Filli fuq ir-rubini u filli jgħidu li falluti?”

Intant, fuq il-media soċjali, l-avukat Franco Debono stqarr li din il-mossa tal-Ministru Clyde Caruana hi waħda infantili.

“Li tkeċċi lin-nies l-eħfef ħaġa. Spiċċajt tnaqqas n-nies mil-Ministeru tiegħek u twikkihom lil Ministri sħabek fid-Dipartimenti”, stqarr Franco Debono.