Ftit tal-ħin ilu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo permezz ta’ post fuq Facebook ħabbar il-mewt ta’ ommu.
Fil-post Arrigo spjega kif ommu baqgħet dejjem qrib missieru Ralph u kienet ta’ sapport kbir għalih meta beda n-negozju tal-lukandi lura fl-1968, b’dik li hi l-Osborne Hotel. Arrigo qal li ommu kienet tgħin saħansitra bit-tindif tal-kmamar b’solidarjetà ma’ żewġha.
Semma’ wkoll l-ikliet tal-Ħadd nofsinhar meta kien ikollha lil kuħadd id-dar u kienet issajjar għal madwar 30 persuna.
Robert Arrigo qal li issa ommu tinsab ħdejn missieru u probabbilment qed jieħdu grokk whisky b’ċelebrazzjoni tal-fatt li reġgħu ingħaqdu flimkien. Hija ħalliet warajha lill-erba’ uliedha li lkoll kienu maġenbha fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.
//= $special ?>