Tħassib serju fost il-pajjiżi fil-Paċifiku u qrib il-gżira ta’ Tonga wara li żbroffa vulkan li jinsab taħt l-ibħra.
L-Armata ta’ New Zealand u l-gżira ta’ Tonga jinsabu taħdt allert massimu, fost il-biża’ li tsunami jolqot lill-gżira ċkejkna ta’ Tonga.
Ritratti minn satelliti urew li l-isplużjoni kienet waħda qawwija ħafna, biċ-Ċentru għall-Allarm tat-Tsunami qed iwissi li ġew irrekordjati mewġ b’tul ta’ 80 ċentimetru – l-ewwel sinjal ta’ Tsunami.
Rapporti mill-media fil-gżira ta’ Tongo qed jgħidu li għexieren ta’ Pulizija u truppi militari evakwaw lir-Re Tupou VI mill-Palazz tiegħu, li jinsab viċin ix-xatt tal-gżira.
Kemm ir-Re kif ukoll iċ-ċittadini tat-Tonga ġew rilokati għal zoni b’artijiet għoljin, hekk kif kull sekonda qed jistennew li jaraw mewġ kbir riesaq lejn arthom.
//= $special ?>