Żagħżugħ ta’ 23 sena, residenti r-Rabat, ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Dan hekk kif aktar kmieni, għal ħabta ta’ 12.15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tal-Balal, ĦalGħargħur bejn karozza tat-tip BMW X1 misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti s-Swieqi u Hyundai Getz misjuqa miż-żagħżugħ.
Fuq il-post wasal tim mediku fejn ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>