Lokali

Żagħżugħ weġġa’ serjament wara inċident tat-traffiku bejn 4 vetturi

Żagħżugħ ta’ 21 sena u mara 26 sena jittieħdu l-isptar Mater Dei wara inċident bejn erba’ vetturi għal-ħabta tal-3.45pm fi Triq Ħal Far, Birċebbuġa, biż-żagħżugħ jiġi ddikjarat li weġġa’ serjament fl-inċident.

Skont il-Pulizija minn investigazzjonijiet preliminarji, rriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi erba’ vetturi li jinkludu Mercedes Benz Actors 414K misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Birżebbuġa, Opel Astra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena resident il-Mosta, Peugeot 208 misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti l-Qrendi u Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna, bl-ambulanza tasal fil-post u tieħu liż-żagħżugħ u lill-mara l-Isptar Mater Dei.

Il-mara ta’ 26 sena sofriet grieħi ħfief, filwaqt li ħadt aktar ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Magistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta għal dan il-każ, bil-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Tags